Luqa St. Andrew's Football Club

Ahbarijiet


view:  full / summary

Head Coach gdid ghan-Nursery

Posted on May 4, 2016 at 2:20 AM Comments comments (0)


B’effett minn dan ix-xahar, Johan Micallef hu l-Head Coach il-gdid ta’ Luqa St. Andrew’s FC Youth Nursery. Wara r-rizenja ta’ Kenneth Costantino minn Head Coach fi tmiem l-istagun, il-kumitat hatar lil Johan Micallef bhala l-Head Coach tan-Nursery biex hekk ikun hemm kontinwazzjoni tax-xoghol siewi li kien ghaddej.


Johan Micallef ilu ma' Luqa St. Andrew’s FC ghal dawn l-ahhar seba’ snin fejn ta s-servizzi tieghu fin-Nursery mal-kategoriji U9, U11, U13, U15 u wkoll mat-tim tal-kbar. Ta’ 19-il sena Johan beda il-karriera ta’ coach ma’ Zejtun Corinthians FC meta kien ghadu jistudja l-Universita’. Wara hu ssieheb mal-klabbs ta’ Marsaxlokk FC, Marsa FC u Zabbar St. Patrick’s FC qabel inghaqad ma’ Luqa St. Andrew’s FC.


Apparti li hu Kap tad-Dipartiment tat-Taljan tal-Kullegg Santa Margerita, Johan hu kwalifikat bhala Physical Trainer Level 1 filwaqt li ghadu kemm temm b’success il-kors tal-coaching billi kiseb il-Licenzja UEFA B.


Il-kumitat jixtieq jirringrazzja lil Kenneth Costantino tax-xoghol siewi li wettaq matul is-snin li serva bhala Head Coach tan-Nursery u jawgura lil Johan Micallef kull success f’din il-kariga gdida.

Hatra ghal Nathaniel Falzon

Posted on August 12, 2015 at 7:25 AM Comments comments (0)

Luqa St. Andrew's FC bi pjacir ihabbru li t-Tezorier tal-klabb Nathaniel Falzon gie mahtur Membru fil-Membru fil-Youth & Grassroots Committee tal-MFA ghall-istagun 2015-16.

 

Nifirhu lil Nathaniel ghal din il-kariga u biex ikompli jaghti s-sehem tieghu ghall-gid tal-klabb u l-futbol lokali.

 

Prosit Nathaniel

Pre-Season Friendlies - Seniors u Youths

Posted on August 5, 2015 at 6:35 AM Comments comments (0)

It-Tnejn 10 ta' Awwissu

Luqa Youths vs Attard- 7.30pm - Zebbug Ground

3 - 0  Skurjaw ghal Luqa - Ian Muscat, Lydon Sciberras u Keith Grima (tliet players prodotti tal-klabb)

 


Il-Hamis 13 ta' Awwissu

Luqa Seniors vs B’Bugia : MXlokk Ground 21.00hrs

 

 


Il-Gimgha 21 ta' Awwissu

Luqa Seniors vs Kercem Gozo: Kercem Gozo

 


Il-Hamis 3 ta' Settembru

Luqa Seniors vs Mellieha at Mellieha 19.30hrs

 

Tribute Night - Season 1984/85

Posted on July 29, 2015 at 3:20 AM Comments comments (0)






Jintemmu l-ewwel tliet gimghat pre-season

Posted on July 29, 2015 at 2:50 AM Comments comments (0)

L-ewwel tliet gimghat tal-pre-season issa ghaddew u din is-sena kienet wahda partikolari. It-tmexxija tat-tim issa hi f'idejn Eamon Bugeja li se jkun il-coach tat-tim ghas-sentejn li gejjin flimkien mal-assistent tieghu James Muscat.


Il-pre-season din is-sena nbeda b'tahrig li sar fil-kumpless Splash and Fun f'Bahar ic-Caghaq bl-uzu tal-pools biex il-players jibdew bil-kondizjonament tal-muskoli. Grazzi specjali jmur lis-sidien ta' Splash and Fun Park li gentilment offra l-istabiliment tieghu ghal uzu tat-tim taghna.


It-tieni gimgha saret fil-Ground ta' San Vincenz fejn it-tahrig kif dedikat ghall-giri filwaqt li t-tielet gimgha kienet aktar intrensiva fejn it-tahrig tkompla fil-bajja ta' Riviera Martinique f'Ghajn Tuffieha. Dan it-tahrig kien jinvolvi ezercizji fizici fuq ir-ramel kif ukoll fil-bahar. B'kollox saru tliet sessjonijiet fil-kumpless Spalsh and Fun u tliet sessjonijiet ohra f'Ghajn Tuffieha.


Minn din il-gimgha t-tahrig rega rritorna fil-ground ta' San Vincenz qabel ma jibdew sensiela ta' loghbiet ta' hbiberija ma' diversi timijiet biex hekk it-tim ikun fl-ahjar kundizzjoni possibli qabel jibda l-kampjonat.








Jitilghu il-poloz tal-U15 u U17

Posted on July 20, 2015 at 4:45 PM Comments comments (0)

Il-poloz tal-Kampjonat APS tal-U15 u U17 organizzati mill-Youth FA gew imhabbra.


It-tim tal-Luqa St. Andrew's FC U15 se jkun jilghab ir-round preliminari flimkien ma' Mosta, Fgura u wiehed minn Zejtun, Xghajra jew Dingli.


It-tim tal-U17 se jilghab loghba fuq zewg legs kontra Ghaxaq. Jekk jirbah dawn il-konfronti jilghab fi Grupp H fil-preliminari flimkien ma' Mosta, Luxol St. Andrew's u Mellieha.

Dettalji preliminari ghal-Kampjonat tal-Youths

Posted on July 17, 2015 at 8:25 AM Comments comments (0)

It-tim tal-Youths ta' Luqa St. Andrew's FC se jkun qed jiehu sehem f'Section D tal-Youth League. It-timijiet l-ohra li hemm f'din is-sezzjoni se jkunu Dingli Swallows, Gzira Utd, Mqabba, Swieqi Utd, Birzebbuga St. Peter's, Kirkop Utd, Sta. Venera Lightnings, Zurrieq u Xghajra Tornados.


L-ewwel loghba tar-Reds f'dan il-kampjonat se tkun kontra Sta. Venera Lightnings.


Dettalji tad-dati u hinijiet se jithabbru aktar tard hekk kif johorgu mill-YFA.

Jitilghu il-poloz tal-loghob Tielet Divizjoni 2015/16

Posted on July 13, 2015 at 7:00 AM Comments comments (0)

Luqa St. Andrew’s FC se jkunu qed jibdew l-impenn taghhom fil-Kampjonat BOV tat-Tielet Divizjoni 2015/16 kontra Ta’ Xbiex SC fl-14 ta’ Settembru 2015.


Jikkompetu f’din id-divizjoni se jkun hemm ukoll Attard F.C., Dingli Swallows F.C., Ghaxaq F.C., Kalkara F.C., Marsaskala F.C., Marsaxlokk F.C., Mdina Knights F.C., Mtarfa F.C., Santa Lucia F.C., St Venera Lightnings F.C., Ta' Xbiex S.C. u Xghajra Tornados F.C.


L-ewwel gurnata tal-kampjonat se tkun kif gej:

 

Kalkara FC vs Xagħjra Tornadoes FC

Attard FC vs Dingli Swallows FC

St. Lucia FC vs St. Venera Lightnings FC

Marsascala FC vs Mtarfa FC

Ta’ Xbiex FC vs Luqa St. Andrews FC

Mdina Knights FC vs Marsaxlokk FC

* Għaxaq FC jistrieħu fl-ewwel ġurnata


Is-sekwenza tal-loghob ghar-Reds se tkun kif gej: Ta’ Xbiex SC, Mdina Knights FC, Ghaxaq FC, M’Xlokk FC, Kalkara FC, Mtarfa FC, St. Venera Lightining FC, Dingli Swallows FC, Xghajra Tornados FC, Attard FC, St. Lucija FC u Marsascala FC.


Dettalji tad-dati ufficjali tal-kampjonat jithabbru aktar tard.

 


Rss_feed